The People for Change Foundation
  • Home
  • About
  • Collaborations
    • FRANET National Focal Point
    • EWSI - European Website on Integration
  • Publications and Research
    • Current Projects
    • Past Projects
  • Subscribe
    • Newsletter
  • Contact
    • Join Us >
      • Employment Opportunities
      • Internships
      • Malta Migration Scholars Network
    • In the Press
  • Our Team
    • Our Directors
    • Our Team
    • Alumni

​Support and Advice Through Health System for Hate Crimes Victims (SHELTER) 

Data tal-bidu tal-proġett: Diċ​embru 2018  
​
Duration: 24 months

Finanzjament: Unjoni Ewropea permezz tal-Programm Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza tad-Direttorat Ġenerali għall-Ġustizzja u l-Konsumaturi

Partner Prinċipali: University of Castilla-la Mancha (Spain)

Partners Ohrajn:  Asociación Socio Educativa Llere (Spanja), Szubjektív Értékek Alapítvány and Nemzeti Kozszolgalati Egyetem (Ungerija), Aequitas and the University of Cyprus (Cipru) u The People for Change Foundation (Malta). 

​
Picture
X'inhu il-proġett “Shelter”?
“Shelter” (Appoġġ u pariri mis-sistema tas-sahha ghal vittmi ta reati aggravate mill-mibegħda) huwa proġett internazzjonali kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea permezz tal-Programm Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza tad-Direttorat Ġenerali għall-Ġustizzja u l-Konsumaturi. Il-proġett ifittex li jtejjeb l-aċċess għar-riżorsi u netwerks li jistgħu jiffaċilitaw l-assistenza, il-protezzjoni, l-appoġġ speċjalizzat u r-rappurtar ta reati bħal dawn.

Dan il-proġett ser jdum 24-il xahar u mistenni li jiswa €344,922. L-azzjoni bdiet fl-ewwel ta' Diċembru tal-2018 u rċeviet €275,938.58, li jirrappreżenta 80% ta l-ispiża totali tal-proġett.

​
Dan il-proġett għandu erba' għanijiet speċifiċi:
• Li nindirizzaw in-nuqqas ta rappurtaġġ fis-sistema tas-saħħa dwar reati ta aggressjoni u vjolenza mwettqa minħabba l-mibegħda;
• Li nsaħħu il-kura medika u psiko-soċjali għall-vittmi ta' reati ta' mibegħda fis-sistema tas-saħħa;
• Li niffaċilitaw l-aċċess tal-vittmi għal riżorsi ta' protezzjoni, assistenza u appoġġ speċjalizzat;
• Li ninkorporaw l-istituzzjonijiet tas-saħħa f'netwerk internazzjonali biex jiġu appoġġati aħjar il-vittmi ta' reati ta' mibegħda.
​
Il-proġett SHELTER ser iwettaq attivitajiet ta' riċerka, li jżidu l-għarfien u t-taħriġ għall-ħaddiema u student fis-settur tas-saħħa sabiex ireġġa lura it-tendenza fil-pajjizi partecipanti ta nuqqas ta għarfien dwar dawn it-tipi ta reati (b'mod partikolari kazijiet pprezentati minn immigranti u refuġjati). Ir-riċerka ser tiffoka fuq kif il-vittmi ta’ reati ta' mibegħda jkollhom aċċess għas-sistema tas-saħħa nazzjonali, u kif jiġu ttrattati f’din is-sistema. Bis-saħħa tal-konklużjonijiet tar-ricerka, se jiġu organizzati diversi korsijiet ta’ taħriġ għall-istaff ta l-isptar (infermiera, tobba, ħaddiema soċjali, eċċ.) u studenti universitarji, kif ukoll kampanja biex tqjajjem kuxjenza mal-pubbliku dwar ir-reati ta’ mibegħda u l-impatt li għandhom fuq il-vittmi, fuq gruppi partikolari kif ukoll fuq is-soċjetà ġenerali.
​
Wieħed mir-riżultati ewlenin tal-proġett se jkun it-twaqqif ta' netwerk internazzjonali tas-saħħa, u l-ħolqien ta' ċertifikat speċifiku tal-proġett, għall-istituzzjonijiet tas-sistema tas-saħħa li jixtiequ jtejbu l-assistenza tagħhom lil dawn il-vittmi partikolari.

Il-proġett, immexxi mill-Università ta’ Castilla - La Mancha, jiġbor flimkien universitajiet u organizzazzjonijiet soċjali minn 4 pajjiżi Ewropej: l-Ungerija, Malta, Ċipru u Spanja. Ghal aktar informazzjoni dwar il-kontributuri għall-proġett, jekk jogħġbok żur is-siti individwali ta dawn l-organizzazjonijiet. 

Pakketti ta' xogħol 
Il-proġett huwa bbażat fuq 4 settijiet ta' attivitajiet li ser jippermettulna nilħqu l-għanijiet tagħna:
1: Riċerka, ġbir ta informazzjoni u analiżi tad-data mis-Sistema tas-Saħħa.
​2: Taħriġ, tisħiħ, skambju tal-aħjar prattiki għall-persuni li jahdmu fis-Sistema tas-Saħħa
3: Tixrid, komunikazzjoni, tqajjim ta' awareness.
4. Netwerking biex jappoġġja l-hidma mal-vittmi b'saħħa ta ċertifikat ta' sħubija

​
Picture

​This Project is funded by the European Union 

Powered by Create your own unique website with customizable templates.